Aħna noqogħdu f’wieħed mill-appartamenti ċkejknin li jinstabu f’kumpless ta’ bini b’ħafna sulari li jagħti kenn lil numru ta’ familji tal-klassi medja. Iżda toħodhiex bi kbira li l-membri tal-familja Felis Domestica li għoġbithom il-binja tagħna jiżbqu ’l dawk tal-Homo Sapiens. Għax dawn il-kreaturi b’erba saqajn u dwiefer li jinġibdu lura, u li jistgħu jiftaħru bil-kuġini slavaġ tagħhom – Ljuni, Tigri, Linċi u Oċelotti - ma jibżgħu minn ħadd fl-inħawi tagħna. Il-popolazzjoni dejjem tikber tal-qtates li għandhom disgħa ħajjiet iddejjaq ’il kullhadd imma tiddeverti lil ħafna. Dawn il-qtates fil-vjal tagħna jimmarkaw it-territorju tagħhom bir-reqqa. Dawk tal pjan terran u tal-ewwel u t-tieni sular jibqgħu fis-sular tagħhom, ħlief meta, imġewwħin, jaqsmu għal ġo kċejjen oħra. It-terazzin huwa rriżervat għal frieħ u xi daqqiet jintuża mill-aristokratiċi ta’ dak li kien is-Siam għal xi lagħqa ta’ ġisimhom u biex jixxemmxu. Il-qtates irġiel ifittxu xi rokna kennija għal raqda għażżiela f’postijiet fejn lanqas tista tbandal qattus, bħal-kamra tal-għassies, fejn setgħu sabu ’l dak il-povru jieħu nagħsa. Alla żejjen lil dawn il-ħlejjaq b’zewġ larinġi – wieħed għall-għazil u l-ieħor biex jagħmlu mjaw, u bil-lejl xi wħud mis-soprani felini fl-inħawi tagħna izommu ’l kullhadd imqajjem bl-orkestri tal-lejl tagħhom f’xi okkażjoni speċjali. Xi wħud mir-residenti li jħobbu kollox f’postu jiddejqu meta dawn il-qtates griżi jgerfxulhom l-affarijiet tagħhom. L-inkwilini aktar aggressivi jħossu bil-qawwa li dawn il qtates għandhom jitkeċċew bil-frosta. Dawk aktar paċifisti huma indeċiżi, jistennew biex jaraw liema naħa se jaqbeż il-qattus. Intant, għadna ma nafux minn se jingħata l-inkarigu li jwaħħal il-ġolġol mal-qattus! | Entry #32999 — Discuss 0 — Variant: Not specifiednone
|